Is-Servizz Pubbliku qed jaħdem biex il-binjiet pubbliċi eżistenti jibdew isegwu linji gwidi biex ikunu effiċjenti fl-użu tal-ilma u tal-enerġija, filwaqt li binjiet ġodda jinbnew b’tali mod li jsegwu l-ogħla standards ambjentali.

Dawn jinkludu installazzjonijiet ta’ enerġija rinnovabbli, il-potenzjal għal bjut ħodor, u soluzzjonijiet oħra bbażati fuq in-natura biex itaffu t-tibdil fil-klima, bħal żieda fejn possibbli ta’ siġar biex jissekwestraw il-karbonju, żieda tal-kapaċità taż-żamma u l-ħażna tal-ilma permezz ta’ bjar u ġibjuni, u infrastruttura ekoloġika oħra li tipprovdi d-dell, biex tiġġieled dak li jissejjaħ l-Urban Heat Island Effect.

Dawn l-inizjattivi ġodda jkomplu jżidu s-sostenibbiltà tas-Servizz Pubbliku u l-binjiet tiegħu, u b’hekk nagħtu sehemna għal ambjent aħjar.

Agħfas hawn​ biex tara l-filmat.