​​Ħafna mill-azzjonijiet tal-bniedem iħallu effett fuq l-ambjent; il-marka tal-karbonju (on screen: carbon footprint) hija mezz kif jitkejjel dan l-impatt. Is-Servizz Pubbliku wkoll qed jagħti sehmu f’dan ir-rigward.

Bit-trasport wieħed mill-aktar fatturi li jwasslu għat-tniġġis, fl-aħħar snin is-Servizz Pubbliku daħħal il-kunċett li ssib is-servizz li tixtieq eqreb tiegħek mingħajr ma tivvjaġġa.

Biex tinqeda, m’għadekx trid tmur il-Belt itterraq minn dipartiment għal ieħor, għax issa għandek 24 hub ta’ servizz.gov fil-lokalitajiet li joffru s-servizzi governattivi kollha taħt saqaf wieħed. U aktar minn hekk, illum issib is-servizzi governattivi kollha online mill-kumdità ta’ darek, jew permezz tal-freephone 153!​

Agħfas hawn​​ biex tara l-filmat.​