Is-Servizz Pubbliku qed iniedi inizjattiva ġdida biex b’mod koordinat inaqqas l-iskart iġġenerat fi ħdanu, u jassigura wkoll li l-iskart iġġenerat jiġi sseparat.
Permezz ta’ waste stewards f’kull ministeru u focal points f’kull binja, qed tinġabar informazzjoni dwar prattiki eżistenti fid-dipartimenti tal-gvern. Din se tiġi evalwata, u abbażi tal-informazzjoni miġbura jitħejjew linji gwidi u best practices, li jwassal għat-tnaqqis fil-ġenerazzjoni tal-iskart permezz ta’ monitoraġġ u żieda fis-separazzjoni tiegħu. Dan filwaqt li jiżdied it-tagħrif anke permezz ta’ korsijiet.
B’hekk ukoll, kull uffiċjal pubbliku jagħti sehmu u jintlaħaq l-għan kollettiv ta’ Servizz Pubbliku aktar sostenibbli.
Agħfas
hawn biex tara l-filmat.