Mhux kliem sabiħ biss, iżda azzjoni konkreta.
Is-Servizz Pubbliku qed jimplimenta diversi miżuri li jissalvagwardjaw l-ambjent.
Bit-tħaddim tal-Green Public Procurement, dipartimenti tal-gvern iridu jieħdu inkonsiderazzjoni l-impatt ambjentali waqt ix-xiri ta’ diversi prodotti. Dan qed iwassal biex oġġetti u servizzi li huma environmentally friendly qed jingħataw prijorità. Mhux biss, iżda jippromovi wkoll l-akkwist ċirkolari, jiġifieri l-użu ta’ materjal irkuprat, il-potenzjal ta’ tiswija u r-riċiklaġġ.
Fil-preżent dan diġà qed isir, fosthom fuq ix-xiri tal-karti, kompjuters u monitors, prodotti tat-tindif, dawl tat-toroq, vetturi, sinjali tat-traffiku u tessuti, fost oħrajn. U din il-lista se tkompli titwal fix-xhur li ġejjin!
Hekk jaqbel lilna, lid-dinja, u l-futur tagħna.
Agħfas hawn biex tara l-filmat.