Is-Servizz Pubbliku għal darb’oħra qed jieħu sehem fi Freshers’ Week fl-Università ta’ Malta li għaliha attenda s-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Mario Cutajar.  Din l-attività ssir fil-bidu ta’ kull sena akkademika biex l-istudenti l-ġodda jsiru midħla tal-ħajja fuq il-kampus kif ukoll jingħataw informazzjoni fuq diversi karrieri li jistgħu jaqbdu ladarba jlestu l-istudji tagħhom.  

Preżenti kien hemm numru ta’ uffiċjali pubbliċi li wieġbu għal diversi mistoqsijiet, qasmu l-esperjenzi tagħhom kif ukoll qassmu fuljetti b’tagħrif dwar il-karrieri, it-trainee scheme u r-riċerka li wieħed jista’ jagħmel fi ħdan is-Servizz Pubbliku.