Fid-dawl tal-aħħar żviluppi fir-Renju Unit u r-riżultat tar-referendum nhar il-Ġimgħa li għadda, il-Gvern, kif imħabbar mill-Prim Ministru Joseph Muscat, se jkun qiegħed jassisti lill-pubbliku fi kwalunkwe diffikultajiet jew mistoqsijiet li jista’ jkollu permezz tal-freephone 153.

Qed ikun antiċipat li jista’ jkun hemm domandi dwar kura medika li qed jirċievu ċittadini Maltin fir-Renju Unit, l-edukazzjoni ta’ studenti Maltin, pensjonijiet, Maltin li jaħdmu fir-Renju Unit jew inkella ċittadini Ingliżi li jaħdmu f’pajjiżna.

Għalkemm mhux mistenni tibdil qabel ma jibdew in-negozjati mal-Unjoni Ewropea f’Settembru li ġej, ikun għaqli jekk individwu jiċċara kwalunkwe dubji li jista’ jkollu fuq l-imsemmi freephone.

Minbarra l-freephone, individwu jista’ wkoll iżur wieħed miċ-ċentri reġjonali ta’ servizz.gov f’Raħal Ġdid, Birkirkara u l-Qawra jew jagħmel kuntatt permezz ta’ ittra elettronika fuq ser servizz@gov.mt