Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Is-Sur Alfred Camilleri

Is-Sur Alfred Camilleri ggradwa bl-Unuri fl-Amministrazzjoni Pubblika mill-Università ta’ Malta fl-1983. Fis-sena 1992, huwa kiseb Masters fl-Ekonomija mill-Università ta’ Wales.

Is-Sur Camilleri ngħaqad mas-Servizz Pubbliku fl-1977. Huwa kien appuntat Direttur fl-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fl-1996 u Direttur Ġenerali fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fl-2001. Inħatar Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi fl-2006. F' Jannar 2020 dan il-Ministeru sar il-Ministeru għall-Finanzi u Servizzi Finanzjarji u f’Novembru 2020 sar il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol.

Huwa ċ-Chairperson tal-Compensation Committee tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, membru tal-Kumitat tal-Ekonomija u l-Finanzi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (l-ECOFIN), kif ukoll membru fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni taż-Żona tal-Ewro (EUROGROUP), fost oħrajn.

Huwa pparteċipa u mexxa diversi avvenimenti lokali u internazzjonali ta’ natura politika, statistika kif ukoll ekonomika u finanzjarja. Ilu jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat Ekonomika u Finanzjarju li jinżammu kull xahar għal diversi snin. Huwa jagħti servizz u jattendi l-Kunsilli Ewropej tal-Kapijiet tal-Istat. Jipparteċipa wkoll fil-laqgħat tal-Fond Monetarju Internazzjonali/Bank Dinji.

Is-Sur Camilleri huwa miżżewweġ u għandu tifla waħda.​