Inti tista’ tevalwa s-servizzi pprovduti lilek mis-Servizz Pubbliku permezz ta’ app aċċessibbli mill-app store tal-mowbajl tieghek.
Bir-rispons tiegħek, aħna nkunu nistgħu nissorveljaw il-livell ta’ sodisfazzjon li jipprovdi kull dipartiment u nagħmlu dak li jkun meħtieġ biex intejbu s-servizz.
Biex tissottometti r-rispons tiegħek, daħħal l-isem tad-dipartiment fl-ispazju allokat għat-tfittxija, agħżel id-dipartiment mil-lista li titlagħlek u agħti r-rispons tiegħek.
Inkella tista' tagħżel dipartiment mill-mappa jew mil-lista ta' dipartimenti li jinsabu qrib tiegħek. Tista' wkoll tagħżel li tara l-lista sħiħa ta' dipartimenti. Din il-lista hija maqsuma alfabetikament u tista' taqsamha wkoll skont il-lokalità.
Ħoloq:
Niżżel mill-Google Play StoreNiżżel mill-Apple App Store
Screenshots tal-App: