Operaturi tan-negozju li jinstab li għandhom konformita’ għolja mal-leġislazzjonijiet li jirregolawhom jingħataw ċertifikat “High Standard of Compliance”.

 

 


Biex ikun eliġibbli għaċ-ċertifikat, operatur ta’ negozju jrid ikun regolat u spezzjonat minn spettorat wieħed, jew aktar, elenkati fl-Iskeda fil-Kap. 568 tal-Liġijiet ta’ Malta.

L-implimentazzjoni ta’ din l-inizjattiva bdiet bin-negozji li jbiegħu l-Apparat tad-Dar. Aktar tipi ta' negozji qed jiżdiedu b'mod gradwali. 

 

Lista ta’ stabbilimenti li ngħataw iċ-ċertifikat ta’ Standard Għoli ta’ Konformità:


Ħwienet tal-Elettronika

  • Audiotech
  • Computer Bargains
  • Depot 230
  • Direct Vision
  • Fabian Enterprises Ltd
  • Flutisat
  • Intercomp Marketing Ltd - Mosta
  • Intercomp Marketing Ltd - Qormi
  • James Tabone Limited - Pulptech
  • MF Electrix
  • Micro Data Technology (MDT)
  • PC Options LTD - Scan
  • PC-Malta
  • Tabone Computer Centre Ltd

Ironmongery

  • Footstep Ironmongery
  • Grech Hardware Distributors
  • P & J Electrical Store
  • Ray’s Hardware Ltd

Kummerċ u/jew Imbollar ta’ oġġetti ta’ Metall Prezzjuż

  • Art Diamonds Ltd.
  • Ave Maria Jewellery Ltd.
  • Born To Shop
  • Classic Group Ltd. – St Julian’s - Portomaso
  • Classic Group Ltd. - Valletta
  • Edwards Lowell Co. Ltd. – St Julian’s - Portomaso
  • F. Buttigieg Jewellery
  • Gerald Jewellery
  • Rabat Lace Store
  • Saqqajja Jewellers
  • Silver Lace Jewellers
  • Soleil
  • Sterling Jewellers Ltd. – Sliema – Tigne’
  • Sterling Jewellers Ltd. – St Julian’s – Portomaso
  • Things For You

​Pet Shops (li ma jbiegħux annimali)

  • Animal Crackers
  • Bon A Pet Treat
  • C & C Pet Shop
  • PetshopMalta.com
  • Royal Pet Store

Stabbilimenti li jbiegħu Apparat tad-Dar

  • Crosscraft Co. Ltd - Ħal Qormi
  • Crosscraft Co. Ltd - Mosta
  • Cutajar Ltd - Ultimate - San Ġwann
  • Divine Appliances
  • Frank Borda Limited - Gala Centre - Ħamrun
  • Freddie's Household Co Ltd
  • Homemate
  • Homezone
  • ISD - Company Limited
  • Michael's Homemark
  • Oxford House Ltd
  • SBL Limited - BBQ World Malta​​​​​
  • The Atrium
  • Vitel
  • World Marketing

Stabbilimenti li jbiegħu Deterġenti

  • ​​Spark N Clean
  • Ta’ Ganza Cash & Carry

Stabbilimenti li jbiegħu Tagħmir Industrijali

  • R. Grech & Son Ltd

L-Uffiċċju li Jikkordina l-Ispezzjonijiet twaqqaf fl-2017 taħt l-Att li Jikkordina l-Ispezzjonijiet tal-Gvern (Kap. 568). Dan l-uffiċċju jikkordina l-ispezzjonijiet li jsiru mill-korpi tal-gvern bil-għan li jitnaqqas il-piż fuq in-negozji u biex l-ispezzjonijiet isiru aktar trasparenti u effettivi.

Minn meta twaqqaf dan l-Uffiċċju ħames snin ilu, saret ħidma intensiva sabiex inħolqot sistema fejn spezzjoni waħda ta’ stabbiliment tirriżulta fil-ġbir tal-informazzjoni kollha meħtieġa. Kull entita’ tirċievi l-informazzjoni relevanti għall-ħtiġijiet tagħha. Din l-informazzjoni tiġi mbagħad analizzata u tittieħed azzjoni kif xieraq mill-entitajiet rispettivi. B’hekk qiegħed jonqos in-numru ta’ spezzjonijiet ta’ rutina li jsiru fil-post tan-negozju mingħajr ma jonqos il-kontroll neċessarju għas-serħan il-moħħ tal-konsumatur. Dan il-metodu ġdid jiffranka ħafna ħin prezzjuż kemm lill-entitajiet involuti u kif ukoll lill-operaturi tan-negozji.

Jekk għandek xi mistoqsija tista' tibgħat email lil dan l-Uffiċċju fuq inspectionscoordination.opm@gov

 

High Standard of Compliance Certificate għan-negozji 82% inqas spezzjonijiet fil-ħwienet Ritratti: 82% inqas spezzjonijiet fil-ħwienet
Stqarrija Uffiċjali: 82% inqas spezzjonijiet fil-ħwienet ​